Priġunieri transgender li jinsabu fil-Facilità Korretiva ta’ Kordin se jkollhom l-istess drittijiet skont il-liġi tal-identità tal-ġeneru li għaddiet f’April li għaddha.Permezz tal-policy, il-priġunieri transgender, gender variant u intersex għandhom jiġu allokati fid-diviżjoni jew sezzjoni skont is-sess tagħhom.Il-priġunieri se jiġu reġistrati skont id-dokument uffiċjali, bħal ċertifikat tat-twelid, karta tal-identità jew passaport.Bħalissa fil-faċilità diġà kien hemm erba’ priġunieri li mxew għas-sezzjoni ta’ nisa. B’kollox hemm 7 każijiet ta’ transgender fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin.Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela u l-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli nnotaw kif pajjiżna għamel pass ieħor fil-qasam tad-drittijiet ċivili.
Source: one.com.mt