Fi stqarrija l-Malta Gay Rights Movement wera l-appoġġ għall-emendi proposti fil-liġi għall-protezzjoni tal-Embrijuni.
L-MGRM qalet li l-emendi għandhom l-għan li jneħħu diskriminazzjoni fil-konfront ta’ koppjji tal-istess sess filwaqt li jippriservaw ċelloli ta’ persuni transesswali.Fl-istess stqarrija, l-MGRM wera wkoll is-solidarjetà tiegħu lejn il-Malta Infertility Network u lejn dawk il-ġenituri prospettivi li jagħmlu dak kollu possibli biex ikollhom l-ulied.
Source: one.com.mt