Id-dinja tirrapporta dwar bidla f’Malta

Aġenziji tal-aħbarijiet u ġurnali elettroniċi madwar id-dinja qed jirrapportaw b’mod propminenti dwar kif Malta saret l-ewwel pajjiż li għamlet illegali dik li jingħad li hija terapija biex tinbidel is-sesswalità ta’ persuni gay.

The Guardian, Reuters, il-BBC, Russia Today u l-bosta siti elettroniċi dwar id-drittijiet ta’ persuni gay kollha qed jiktbu bi prominenza dwar il-liġi li approva l-Parlament Malti. Jirreferu għal kif diversi rapporti jħarsu lejn kif assoċjazzjonijiet psikjatriċi f’diversi pajjiżi, fosthom fir-Renju Unit u l-Istati Uniti jemmnu li din it-tip ta’ terapija hija waħda perikoluża.

Il-Kulleġġ Rjali tal-Psikjatri fir-Renju Unit u l-entitajiet li jirrappreżentaw psikologi u counsellors ffimaw dikjarazzjoni fejn iddeskrivew din it-tip ta’ terapija bħala perikoluża u mhix xjentifikament pruvata.

L-istess qalu l-esperi fl-Istati Uniti. Peró minkejja dawn id-dikjarazzjonijiet ċari huma ftit il-pajjiżi li ħadu l-pass li ħa l-Gvern Malti meta ressaq din il-liġi. Liġi li permezz tagħha saru reat kriminali dawk li jissejħu ‘conversion practices’.

Huwa reat kriminali wkoll li titratta lejn l-orjentazzjoni sesswali bħala xi ħaġa li għandha bżonn trattament mediku, jew li hija medikament jew psikoloġikament mhux normali.

Source: one.com.mt