Wara li l-Gvern Malti ħabbar li sa Settembru 2016, il-Ministeri kollha huma meħtieġa li jintroduċu ‘Gender Neutral Toilets’ fi ħdan il-binjiet tagħhom, għall-ewwel darba student li qed japplika għall-istipendju wkoll għandu għażla li qabel ma kellux. Din l-għażla tidher f’din l-istampa.
Meta mistoqsi dwar il-ġeneru tiegħu l-istudent, jista’ jagħżel ‘Neutral’ għall-ewwel darba. Dan juri biċ-ċar kemm l-awtoritajiet qed jimxu ‘l quddiem fejn jidħol il-ġeneru u li dan qed ikompli jpoġġi lil Malta fuq nett fejn jidħlu drittijiet ċivili. Pajjiżna qed iservi ta’ eżempju għall-pajjiżi Ewropej oħra dan wara li daħlet il-liġi ta-identita’ tal-ġeneru u riċentament il-Gvern Malti għażel ukoll li jkun parti minn minoranza fl-Ewropa li jdaħħal dan l-istess dritt fil-faċilitá korrettiva ta’ Kordin.
Source: one.com.mt