“Qed niċċelebraw dak li ksibna u nuru solidarjetà ma’ persuni LGBTI f’pajjiżi oħra”

Il-komunità LGBTI organizzat il-Gay Pride March, l-appuntament annwali ta’ din il-komunità madwar id-dinja li fih tenfazizza d-drittijiet ta’ persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti.

Il-kelliema għal Malta Gay Rights Movement, Gabi Calleja, qalet li din is-sena l-komunità LGBTI qed tiċċelebra d-drittijiet li akkwistat waqt li turi solidajretà ma’ komunitajiet LGBTI f’pajjiżi oħra  li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli.

Il-komunità LGBTI  iccelebrat il-gay pride march fil-Belt Valletta. Bħal kull sena, il-kuluri tal-qawsalla, bżieżaq ikkuluriti, karetlluni b’messaġġi varji, u karru biż-żeffiena u l-mużika kkaratterizaw din il-gay pride.

Wara li s-sena l-oħra Malta daħlet id-dritt tal-Unjoni Ċivili, staqsejna lil kordinatrici tal-Malta Gay Rights Movement, Gabi Calleja, x’sinifikat għandha din il-gay pride llum.

“Bħal kull sena hija parti ċelebrattiva u parti solidarjetà wkoll ma’ persuni LGBTI li m’għandhomx il-fortuna li jgħixu f’pajjiż li bħal Malta issa ninsabu bħala leġislazzjoni pjuttost tajjeb. Fejn per eżempju l-omosesswalità għadha att kriminali, jew li tkun out fis-soċjetà għadha mhix possibbli. Jiġifieri niċċelebraw dak li akkwistajna aħna imma wkoll nuru solidarjetà ma’ dawk li għad għandhom sitwazzjonijiet diffiċli,” qalet Calleja.

Preżenti għal din il-gay pride kien hemm politiċi fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Il-gay pride hija organizzata f’diversi bliet fid-dinja kollha u tgħaqqad il-komunità lokali LGBTI ma’ dik ta’ pajjiżi oħra.

Din hija t-13-il sena li l-komunità LGBTI f’Malta organizzat il-gay pride. Intant, f’Moska fir-Russja l-pulizija waqfu lid-dimostranti tal-gay pride qabel ma kellhom iċ-ċans jindew ic-celebrazzjoni taghhom. Il-pulizija Russu arrestat 17-il persuna li kienu qed jiehdu sehem fil-gay pride. Min-naha l-ohra f’San Pietruburgu d-dimostranti thallew jaghmlu l-gay pride.

Source: tvm.com.mt