AĠĠORNAT: Malta pijuniera fid-drittijiet tal-persuni LGBTIQ

Il-Belgju qed jitlob għal Memorandum of Understanding ma’ Malta biex ifassal il-ligi tal-identità tal-ġeneru fuq il-mudell ta’ Malta.

Dan qalitu l-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli f’laqgħa ma rappreżentanti mill-komunità LGBTIQ. Hija qalet dan fl-anniversarji ta’ żewġ kisbiet fil-qasam tal-ugwaljanza u l-kisba tad-drittijiet ċivili.

Dr Dalli fakkret li bħal-lum sentejn, il-Parlament approva d-dħul tal-liġi dwar l-unjoni ċivili minkejja l-astensjoni tal-Oppożizzjoni filwaqt li sena ilu ġiet approvata l-liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru. Il-Ministru Dalli qalet li f’dan il-qasam Malta qed tkun ta’ eżempju anki għall-pajjizi oħra.

ll-Ministru Dalli qalet li l-ħidma li twettqet fl-aħħar tliet snin fil-libertajiet ċivili hija ċertifikat li l-Gvern mexa mid-diskors għall-fatti u wettaq policies li qed jagħtu drittijiet lil kulħadd.

Source: tvm.com.mt